Ħallelin armati f’Hong Kong serqu mas-sitt mitt roll ta’ toilet paper b’valur ta’ madwar $130 Amerikan.
Dan hekk kif f’Hong Kong hemm nuqqas kbir ta’ toilet paper minħabba x-xiri qawwi li sar f’paniku mat-tifqiegħa tal-coronavirus.
Irġiel armati bis-skieken serqu r-rollijiet mingħand raġel li kien dieħel b’kunsinna f’ħanut tal-merċa fid-distrett ta’ Mong Kok.
Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel u ssekwestrat uħud mir-rollijiet misruqa.