“Ħallejtna lkoll bla kliem dalgħodu Ziju Joe”. Hekk kienu l-kelmiet li kiteb in-neputi ta’ Joe il-Ġermaniż, Catriel Farrugia fuq facebook fejn talbu jżomm idjeh fuq il-familjari u martu Vicky.
Joe il-Ġermaniż ta’ 58 sena tilef ħajtu dalgħodu wara 11-il jum jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Bosta huma l-kummenti li qed jitilgħu fuq il-midja soċjali b’tislima lil Joe li kellu għal qalbu ħadem in-nar għal bosta snin.