“Zi l-Mulej sejjaħlek biex tmur tiltaqa’ miegħu. Kemm kellek tħallina kmieni ziju”.
Dan kien kliem tan-neputija ta’ Charlie Attard li dalgħodu tilef ħajtu wara li ċeda saqaf ta’ latrina fid-Dwejra f’Għawdex.
Attard huwa missier ta’ żewġt itfal u kien ħaddiem tal-Iskema għall-Ħidma fil-Komunità.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Charlie Attard u rringrazzjawh għall-ħidma li kien jagħti b’risq il-festa titulari ta’ San Ġwann il-Battista fix-Xewkija.
Fil-fatt ġew ippubblikati ritratti ta’ Attard jerfa’ l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista tax-Xewkija.
Xhud fuq il-post qal li l-vittma u ħaddiema oħrajn marru jistkennu mix-xita li kienet nieżla u l-vittma mar jistkenn fil-latrina filwaqt li l-ħaddiema l-oħra marru x’imkien ieħor.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/18/aggornat-haddiem-imut-wara-li-ceda-saqaf-ta-latrina-fid-dwejra-ghawdex/