Ir-rigali tal-Milied. Uġiegħ ta’ ras għal għal uħud li ħallew għall-aħħar, u gost u pjaċir għal oħrajn.
Fl-aħħar Ħadd ta’ qabel il-Milied, u għal ħafna l-aħħar ċans biex jiksbu r-rigal perfett għall-għeżiez tagħhom, ONE News tkellem ma’ bosta xerrejja li nzertaw il-Belt ilestu l-aħħar ftit qadi f’atmosfera mill-isbaħ ta’ żmien il-festi.
Kien hemm min daħal il-Belt sempliċiment għall-atmosfera tal-Milied, għaliex laħaq ħasiblu kmieni għar-rigali din is-sena.
“Illum ġejna nixtru r-rigali, mhux ir-rigali kollha imma li jkun fadlilna ż-żgħar. Aħna propjament ix-xiri ilu lest, ġejna nieklu hawn … ġejna naraw x’ser inlaqtu tal-aħħar, hawn atmosfera sabiħa għat-tfal. Ġejna nduru l-aħħar naqa u nieklu wkoll, ġejna nixtru l-aħħar rigali. Jien inħalli għall-aħħar. Iva ġejna nixtru tal-aħħar, ħadna daqsxejn okkazzjoni l-aħħar jumejn qabel il-Milied hux hekk? Inħobbu naħsbu minn qabel, biex nippruvaw nolqtu lil kulħadd fil-familja.” Stqarru bosta.
Staqsejna wkoll x’tip ta’ rigali xtraw, b’ħafna nanniet jgħidulna xi xtraw xi ġugarell lin-neputijiet, filwaqt li oħrajn ma qalulniex biex iżommu sigriet sabiex f’Jum il-Milied ituh lil maħbubin tagħhom.
“Ivarjaw minn ħwejjeġ, min oġġetti għad-djar nippruvaw nvarjaw għal gosti ta’ kulħadd. U ħwejjeġ u toys li kien hemm bżonn. Mħwejjeġ lit-tfal u flus għall-kbar. Ħwejjeġ u slippers għat-tfal. Ħwejjeġ, surprise ma nistax ngħidha imma ftit minn kollox.” Qalu oħrajn.