Il-UEFA rrikonoxxiet it-talent tal-Maltija Haley Bugeja f’lista ta’ għaxar plejers nisa tal-futbol.
Fil-lista, il-UEFA għażlet li ssemmi lil Bugeja u tqisha bħala plejer li wieħed għandu jsegwi fis-sena 2021.
Innutat kif filwaqt li s-sena 2020 kienet waħda differenti, xorta waħda ġie nnutat talent mill-aqwa fost timijiet nazzjonali u klabbs fl-Ewropa.
Tul dawn l-aħħar xhur, Bugeja ssemmiet kemm-il darba għall-prestazzjoni tagħha f’diversi logħbiet.