It-tbassir tal-uffiċju meterjoloġiku kien tajjeb hekk kif f’bosta lokalitajiet għamlu ħalbiet tas-silġ. Dawn ir-ritratti bagħtuholmna l-qarrejja ta’ ONE NEWS.
It-tbassir kien li t-temp ikun pjuttost imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita jew silġ, li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ f’xi waqtiet, bil- viżibilità tajba minbarra fix-xita.
L-ogħla temperatura llum kienet ta’11°C u llejla se tinżel għal 07°C.