L-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna ħatar lil Dun Ivan Scicluna bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl f’Ħal Safi u Dun David Farrugia nħatar Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.
Dan intqal fi stqarrija mill-Kurja l-Ħadd filgħodu.
Dun Ivan Scicluna twieled fl-1970 u ġie ordnat saċerdot f’Ġunju tal-2003. Huwa serva fil-paroċċi tal-Isla ta’ Ħal Tarxien, fost oħrajn.
Dun David Farrugia twieled fl-1979 u ġie ordnat saċerdot f’Ġunju tal-2004 u serva fil-paroċċi ta’ Ħal Tarxien u ta’ Ħal Luqa.