Kien fil-25 ta’ Mejju tal-1743 meta l-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca żar Ħal Qormi fejn ġie milqugħ mill-Kappillan ta’ San Ġorġ.
F’dan il-jum, il-Gran Mastru ta t-titlu ta’ Città Pinto lil Ħal Qormi li sa dak iż-żmien kien għadu raħal.
Minn Ħal Qormi ħargu diversi rħula u parrocci. Ħal Qormi hu post bi storja kbira u għani bil-bosta. Jinsab f’nofs il-gzira Maltija u huwa pjuttost fil-baxx bħalma jixhed il-motto tiegħu “Nogħla mill-baxx”.
Ħal Qormi huwa magħruf bħala Ħal Fornaro (Casal Fornaro), titlu li gej minn zmien il-kavallieri li jixhed kif kien magħruf għall-ħobz li kien jinħema go bosta fran tar-raħal li sa llum għadu magrħuf għalih.
L-arma ta’ din il-belt hi meħuda minn dik tal-Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca, tarka bil-qiegħ tal-fidda u b’ħames nofs qmura jħarsu ‘l fuq mqegħdin 2, 1 u 2. Fuq din l-arma hemm kuruna b’forma ta’ sur, b’erba’ gardjoli u bieb ta’ l-attakk fin-nofs, kulur id-deheb.
Il-Qriema kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mir-raba, mit-tagħsir tal-għeneb għall-inbid, mill-ħami tal-ħobż kif ukoll mill-qtil u l-bejgħ ta’ l-annimali
“Habita relatione, Terra Curmi erigmus In Civitatem, Imponentes el nomen Pinto” – 25 ta’ Mejju 1743.
Intant bħala tifkira, ser jiġu mniehda sett bolol kommemorattivi mill-Maltapost biex jiġi mfakkar dan l-avveniment storiku għal Ħal Qormi.