Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’.
Bħal ta’ kull sena il-Kunsill jieħu ħsieb li jorganizza attività viċin id-data tal-15 ta’ Mejju sabiex ifakkar l-anniversarju minn meta Ħal Luqa saret Parroċċa fl-1634. Waqt din l-istess l-attività il-Kunsill flimkien mal-poplu Ħal Luqi ifakkar lill-Ħalluqin li mietu fit-Tieni Gwerra Dinija.
L-attività ser tkun tikkonsisti f’atmosfera ta’ Kultura Maltija, Għana, Kummitiva, logħob tradizzjonali Malti, snajja’ Maltin, u ma jonqosx l-ikel u x-xorb.
L-attività tibda għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fil-pjazza u Misraħ Sant’ Andrija fejn ser jieħdu sehem ukoll l-Għaqdiet tal-Lokal. Id-dħul għal din l-attività huwa mingħajr ħlas.