Il-memorji ta’ Leonard Camilleri jistgħu jitniżżlu fi ktieb ta’ kondoljanzi mil-llum sa nhar is-Sibt li ġej, għand is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop.
Nardu, kif kien magħruf, kien dilettant kbir tal-logħob tan-nar, u tilef ħajtu traġikament fi splużjoni fil-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop, nhar is-26 ta’ Novembru li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hekk kif ġie rilaxxat il-katavru tiegħu, Nardu se jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokjali ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop, fl-għaxra ta’ filgħodu.
Nardu kien ġuvni li qatta’ għomru u żmienu jaħdem in-nar.