Infrastruttura Malta u Ambjent Malta qed jaħdmu flimkien sabiex fix-xhur li ġejjin jibdlu ħajt li hu twil daqs 3 grounds tal-football li jinsab fil-Marsa-Ħamrun bypass. Dan hu l-itwal ġnien vertikali f’Malta. Dan ħabbru l-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg fuq il-midja soċjali.
Huwa spjega li dan il-grawnd se jinkesa b’eluf ta’ pjanti indiġeni b’sistema biex jissaqqew awtomatikament.
Il-Ministru Borg sostna li se jkomplu jaħdmu għal ambjent aħjar fit-toroq tagħna.
Dan il-proġett qed ikunu ffinanzjat wkoll mill-Ministeru għall-Ambjent.