Ħadd ma weġġa’ meta appoġġ f’sit ta’ kostruzzjoni waqa’ fuq bejt ta’ residenza oħra, bil-piż tiegħu jwassal biex jisfronda s-saqaf.
L-inċident, li fih ma weġġa’ ħadd, seħħ fis-siegħa neqes kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Fleur-De-lys, f’Birkirkara, meta struttura fis-sit ta’ kostruzzjoni ċediet u waqgħet fuq bejt ta’ residenza maġenb is-sit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’konsegwenza ta’ dan, il-bejt sfronda.
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) waqqfet ix-xogħol, li kien qiegħed isir, immedjatament biex issir l-investigazzjoni neċessarja.
Ritratt: TOM