Dan huwa l-mudell mibni mill-bidu nett tal-magna tal-vapur tal-art li huwa wieħed mill-attrazzjonijiet waqt wirja li qed tittella’ fis-Sala Sir Robert Sammut fil-Furjana, mill-Malta Railway Foundation waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Ġenna ta’ Ġonna.
Din hija sezzjoni fejn jidhru għadd ta’ mudelli ta’ vetturi kummerċjali antiki li konna naraw fi-toroq Maltin fl-imgħoddi fosthom tal-Pitrolju, tal-ħaxix, tal-ħut u, tal-ġarr tal-għamara.
Dan huwa mudell ta’ Vann Commer tar-Redifussion li hu mgħammar b’sett tat-televixin bl-ikona tax-xandir, il-mibki Victor Aquilina fuqu u sett antik tar-redifussion.
Dan huwa kanun, mudell Garisson Gun u dawn huma steam engines, b’movimenti differenti vertikali u orriżontali u b’dawk b’ċilindri li jduru.
Hawnhekk wieħed isib anki mudelli ta’ lokomottivi u żewġ mudelli tal-istazzjon tal-ferrovija wieħed tal-Imtarfa u l-ieħor ta’ Birkirkara.
Hemm ukoll diversi minjaturi ta’ binjiet storiċi marbutin mal-vapur tal-art, maħdumin bl-idejn bil-gebla tal-franka, bi ċnagen b’qies ta’ ftit iktar ċenteżmu.
Sabiħa mmens hija l-wirja tal-arloġġi antiki tal-epoka tat-tramm u l-ferrovija, fejn saħansitra jispikkaw l-għajnejn fir-replika ta’ John Bull.
Tkellimna mal-Fundatur u Chairman tal-Fondazzjoni Malta Railway, Paul Galea dwar x’ wieħed jista jara, barra din il-wirja.
Qal, “Ikollna miftuħa il-mina tal-ferrovija, parti minnha fejn kien hemm l-unika stazzjon taħt l-art tal-vapur tal-art fil-Furjana. Ikollna nniżlu n-nies, infehmuhom, x’kien hemm u x’hemm u żgur li jieħdu pjaċir jaraw illi fl-imgħoddi, 140 sena ilu meta bdiet topera il-Ferrovija, konnha avvanzati ħafna diġa.”