Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia żar xogħol ta’ manuntenzjoni u rinovar li qed isir fi bokka residenzjali tal-Gvern f’ San Ġiljan. Hawn kien ilu ma jsir restawr għal aktar minn 40 sena.
Hawn osserva li għaddew erba’ snin minn mindu dan il-Gvern ingħata l-fiduċja u l-opportunità biex jaħdem għall-pajjiż.
Il-Ministru stqarr: “Għamilna hafna affarijiet għall-ewwel darba, diversi sfidi li nbidlu f’opportunitajiet. Kienu erba snin ta’ riformi u li wasslu għal-bidla għall-ahjar. Riformi li wħud minnhom affettawaw direttament lil kull familja Maltija u Ghawdxija fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dawn kienu sensiela ta’ bidliet li irnexxielna niksbu grazzi għall- ottimiżmu u grazzi għax-xogħol”.
Qal li l-Awtorità tad-Djar, magħtul dawn l-aħħar erba’ snin ħadmet sabiex isiru numru ta’ xogħolijiet fuq binjiet eżistenti u li kellhom bżonn xogħol ta’ manutenzjoni. Dan ix-xogħol sar fil-lokalitajiet tal-Isla, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun, Ta’ Giorni u Pembroke.
Dawn sewew madwar miljun u erba’ mitt elf ewro u l-ħsieb hu li jsir xogħol simili fil-Mellieħa, Ħal Lija u Ħ’Attard.
Sena | Blokki | Lokalità | Numru units | Spiża |
2013 -2015 | 5A, 5B Triq is-Sur | Isla | 31 | €403,400 |
2014 – 2016 | Blokki A, B, C, D, Corradino Flats | Paola | 24 | €112,172 |
2014 – 2016 | Blokki A1, A2, B1, B2, Triq Erba’ Mwiezeb | San Pawl il-Baħar | 24 | €193,903 |
2014 – 2016 | Blokki A, B, C Dar ir-Risq | Isla | 33 | €170,673 tisbieħ €58,882 lift |
2016 – 2017 | Okella Agius | Hamrun | 48 | €392,263 stima |
2016 – 2017 | Blokki A, B, E, F | Ta’ Giorni | 64 | €232,855 stima |
2016 – 2017 | Blokki A5 – A11, Triq Pietru Darmenia | Pembroke | 80 | €256,262 stima |
Ix-xogħol li sar u li qed isir jikkonsisti f’dan li ġej: xogħol preparatorju, xogħol tal-ġebel, xogħol fuq il-bjut, xogħolijiet fuq metal, tindif u tiswija ta’ konkrit fis-soqfa, xogħol ta’ ilma li għandu x’jaqsam ma’ drenaqq u fejn imur l-ilma tax-xita, xogħol ta’ madum u rħam, xogħol ta’ tisbieh, xogħol tal-aluminium, xogħol tal-konkos u xogħol tal-elettriku.
Il-ħsieb tal-Gvern hu li jitwaqqaf team ta’ manuntenzjoni li jaħdem apposta fuq binjien bħal dawn.