Il-mistieden prinċipali ta’ REBOOT din il-ġimgħa huwa; Ken Attard, Mindset coach. Ken jispjega kif l-affarijiet dejjem se jibqgħu jiġru f’ħajjitna, iżda huwa l-mod ta’ kif inħarsu u nirreaġixxu għas-sitwazzjoni li tagħmel id-differenza!
Kemm hu importanti li nitgħalmu nħobbu u napprezzaw lilna nfusna? Ken se jispjega kif kull azzjoni li nieħdu, għalkemm ġieli ma tkunx ta’ benefiċċju għalina nagħmluha għax qed naħsbu li qed nieħdu xi tip ta’ ġid minnha!
Kif għandna bżonn nieqfu f’ħajjitna biex ngħixu l-ħajja li għandna aktar b’serenita’ u ssarraf fis-suċċess li nixtiequ!
Reboot jixxandar it-Tnejn fit-8:30pm fuq ONE u jkun aċċessibli wkoll fuq Youtube, Spotify, Apple Music jew SoundCloud.