Is-sewwieq Pollakk Lukasz Urban inqatel mill-akkużat li allegatament wettaq l-attakk terroristiku sigħat qabel ma daħal fil-folla tas-suq tal-Milied. Dan ġie irrapportat fil-midja Ġermaniża, fejn intqal li Urban sofra ukoll minn daqqiet ta’ sikkina fid-19 ta’ Diċembru.
It-tobba eskludew li l-Pollakk kien konxju matul l-attakk li seħħ f’Berlin u li fih inqatlu tnax-il persuna. Ir-riżultati tal-awtopsja juru li Anis Amri spara fuq Lukasz Urban għall-ħabta tal-16.30 u kawża ta’ dan tilef ħafna demm. Min kien iħaddem lill-Pollakk u l-kuġin tiegħu filfatt tilfu l-kuntatt minn mal-vittma fl-16.00.
L-awtopsja tgħid li fil-ħin li sar l-attakk, jiġifieri fit-20.00, Lukasz kienu għadu ħaj iżda ma kienx f’kundizzjoni li jsuq. Il-Pollakk li kellu biss 37 sena, ipparkja t-trakk f’Berlin biex jagħmel konsenja ta’ travi tal-ħadid l-għada, jiġifieri fl-20 ta’ Diċembru, iżda d-destin tiegħu kellu jkun wieħed differenti.