Militanti mis-Somalja ħaġġru raġel sakemm qatluh wara li l-Qorti Islamiku sabu ħati fuq adulterju.
Dayow Mohamed Hassan, ta’ 44 sena, indifen min għonqu ‘l isfel u ġie mħaġġar bil-ġebel sakemm inqatel minn militanti tal-grupp al-Shabab.
Hu nstab ħati li kellu relazzjoni adulterja ma’ mara u li l-mara kien se jkollha tarbija minn tiegħu, minkejja li kellu żewġ nisa oħra.
Mhux l-ewwel darba li Al-Shabab tagħti dawn it-tip ta’ sentenzi fuq reati sesswali fiż-żoni li tikkontrolla fis-Somalja.