Illum hija ġurnata sinonima mal-briju u festa ta’ kuluri hekk kif fil-Belt Valletta jissokta l-Karnival tat-tfal. Kienu bosta l-ġenituri li bgħatulna ritratti tat-tfal tagħhom b’kostumi mill-isbaħ, iżda jkollna nammettu li l-iktar ħaġa li spikkat f’dawn ir-ritratti hija t-tbissima fuq fomm iċ-ċkejknin hekk kif f’dawn il-ġranet jkollhom iċ-ċans li jinbidlu fil-karattru favorit tagħhom.
Għidulna aktar dwar il-kostumi tagħkom: IVVOTA: tixtri, tiddobba, jew tagħmel inti?