Jihder li l-kuntentizza qalb it-tfajliet u nisa adulti ħadet daqqa ta’ ħarta f l-aħħar għaxar snin, skont studju li sar fl-Ingilterra fl-aħħar żmien.
25% biss ta’ nisa ta’ bejn is-seba’ u l-21 sena qalu li kienu kuntenti ħafna tul l-2018, tnaqqis drastiku meta mqabbel mal-41% li kien irreġistrat fl-2009. Dan skont studju li għadu kif sar fl-Ingilterra li analizza l-kuntentizza fost in-nisa li għandhom sa 21 sena. 69% ta’ tfajliet ta’ bejn il-11 ul-21 sena, l-eżamijiet u t-traġitt akkademiku kien is-sors ewlieni ta’ tensjoni u dwejjaq. Min-naħa l-oħra, nisa ta’ bejn is-17 u l-21 sena li qalu li m’humiex kuntenti żdiedu għal 27% din is-sena.
Sterjotipi tal-ġeneru, il-midja soċjali, u l-kunfidenza kienu fost l-iktar kwsitjonijiet li ssemmew f’dan l-istħarriġ.
Mara li ħadet sehem fl-istudju qalet li “il-fatt li 60% tan-nisa ħassew il-bżonn li jipparteċipaw f’dan l-istudju juri kemm hemm nisa hemm barra lesti jitkellmu dwar x’qed idejjaqhom, u li lesti jgħinu lil nisa u tfajliet oħra jittieħdu b’ċertu serjetà minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-pajjiżi.