Il-vulkan Etna esperjenza l-ewwel borra tax-Xitwa, imma fis-Sajf, u huwa mistenni li tinżel aktar fil-jiem li ġejjin hekk kif is-siti meterjoloġiċi qed ibassru aktar maltemp u kesħa fiż-żona.
Siti Taljani jirrapurtaw li meta kkumparat ma’ snin ta’ qabel it-temperatura fiż-żona tal-Etna niżlet ħafna aktar kmieni mis-soltu. Hekk kif mhux soltu li f’dan iż-żmien ta’ Settembru ż-żona tkun miksija bajda.