Edwin Vassallo u Peter Micallef ħadu l-ġurament bħala deputati tal-Parlament. Dan wara s-sentenza tal-Qorti ta’ nhar il-Ġimgħa li b’rispett lejn il-Qorti kienet implimentata minnufih.
Dan ifisser ukoll li Edwin Vassallo issa ma jibqax Sindku tal-Mosta fejn mistenni jinħatar Ivan Bartolo.
Vassallo u Micallef huma deputati tal-Partit Nazzjonalista, wara li l-Kummissjoni Elettorali ddikjarathom eletti bħala l-kandidat li l-iktar ġabu voti wara li ngħalaq l-għadd fl-elezzjoni tal-2013.
Id-deputati ngħataw karigi ġodda mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Id-deputat Edwin Vassallo nħatar Kelliem għas-settur tal-Manifattura u l-Koperattivi, filwaqt li d-deputat Peter Micallef inħatar Kelliem għas-Saħħa Mentali.