Cem Kofoglu, Tork ta’ 34 sena li kellu inċident bil-mutur f’Malta lura fit-2 ta’ Mejju, iddeskriva bħala “inkredibbli” il-proċess tas-saħħa li għadda wara l-inċident.
Hu spiċċa l-isptar Mater Dei fejn kellu jagħmel operazzjoni biex jitratta l-ġrieħi li sofra.
Kofoglu li huwa inġinier tas-software tkellem ma’ Anadolu Agency u qal kif il-ħaddiema fi ħdan l-ipstar Mater Dei ħadu ħsiebu u dejjem kienu miegħu.
Stqarr ukoll li l-istess ħaddiema kienu sensittivi mmens u saqsew dwar id-dieta tiegħu minħabba li l-Musulmani bħalissa għaddejjin mix-xahar tar-Ramadan.
B’hekk preparaw ikel tat-tip Halal filwaqt li pazjenti oħrajn li kienu fl-istess sala kellhom ikel differenti