Malta was amazing! It really is beautiful, steeped in history it is far from the built up concrete jungles you see in many European countires. The weather was idillic! By the sea you get a soft breeze to cool you down. It was basically perfect festival weather 🙂
Jiddeskrivu l-ambjent sabiħ u t-temp ideali li sabu f’pajjiżna, kif ukoll il-faċilitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom. Qabblu lix-xena tal-parties f’Malta ma’ dik ta’ Ibiża, u nnotaw kemm Malta għandha karattru partikolari, fi kliemhom aktar ‘funky’.
Isemmu wkoll l-ikel, u jgħidu li kien skwiżit.
Il-folla, jgħidu l-organizzaturi, kienet sabiħa u ‘l-ispirtu ta’ Malta nħass sew fl-arja’.
Nies minn Londra, Birmingham, Manchester u minn Malta stess kollha nġabru taħt saqaf wieħed, jagħmlu riklam lil pajjiżna.
L-organizzaturi esprimew ix-xewa li jiġu lura Malta s-sena d-dieħla. L-avvenimenti ġew iffilmjati għal vidjo promozzjonali, b’xeni li bla dubju ser iħeġġu żgħażagħ jiġu pajjiżna.
