L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika għadu kemm ippublika dokument bl-isem Social Protection: Malta and the EU.
Minnu joħorġu fatti interessanti dwar l-2014.
- L-ammont ta’ jiem irrapportati ‘sick’ minn ħaddiema tal-Gvern u tal-privat nqas b’11,320 fuq l-2013.
- L-ammont ta’ pensjonanti żdiedu b’4,327, meta mqabbel mal-2010 ( 2,647 rġiel u 1,680 nisa).
- Il-maġġoranza ta’ dawk li kienu qed jibbenefikaw minn għajnuna soċjali kienu jieħdu għajnuna reltata mal-anzjanità – bl-ogħla rati ta’ nies jieħdu dawn it-tip ta’ għajnuniet issibhom fl-Mdina, u l-inqas fl-Imtarfa.
- F’Għawdex u Kemmuna kien hemm l-ikbar ammont ta’ nies li kienu jibbenefikaw minn għajjnuna minħabba diżbbiltà. Din it-tip ta’ għajnuna kellha l-inqas ammont ta’ benefiċjarji.
- In-nies tax-Xgħajra kienu l-aktar li rċivew għajnuna relatata mal-familja u t-tfal. 179 minn kull 1,000 kienu jieħdu din it-tip t’għajnuna. Dawk ta’ Tas-Sliema kienu l-inqas li rċevew din it-tip ta’ għajnuna.
- Bormla u l-Belt Valletta kellhom l-ogħla ammont ta’ persuni li jieħdu għajnuna minħabba mard jew eżklużjoni soċjali.
- Fiż-Żebbuġ Għawdex kien hemm l-ogħla rata ta’ nies jieħdu l-għajnuna għaliex m’għandhomx xogħol. Ta’ Ħ’Attard kienu l-inqas.
- Kull persuna tirċievi medja ta’ €1,892 b’benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Tal-Floriana jirċievu l-ogħla ammont, b’medja ta’ €3,216. Tal-Imtarfa jirċievu l-inqas, b’medja ta’ €925.
- In-nefqa totali fuq protezzjoni soċjali laħqet il-€1,519.4 miljun, jiġifieri żieda ta’ 6.4% mqabbel mal-2013.
- L-unika aspett fejn naqset in-nefqa fil-protezzjoni soċjali kienet fil-protezzjoni li jkollha tingħata lil min ma jaħdimx. Din naqset b’€1.7 miljun.