F’perjodu fejn Jason Azzopardi kien qed jinnegozja proprjetà għalih personali, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet ra li jibda l-proċess biex dik id-dar ma tibqax fuq konvenju mal-Awtorità tad-Djar kif kienet ilha għal snin twal. Naturalment, biex sar dan ħallas il-gvern.
Dan ifisser li b’deċiżjonijiet tiegħu stess meta kien responsabbli politikament, Jason Azzopardi għalaq f’ħames xhur proċess li għal eluf ta’ Maltin ma ngħalaqx fi tliet deċennji.
Dokumenti u riċerki li ppubblikat il-gazzetta KullĦadd isegwu pass pass l-istorja tal-proprjetà numru 12 fi TriqKlematis, f’Santa Luċija. Il-proprjetà b’veduta ta’ diversi għelieqi llum hi tax-shadow minister Nazzjonalista.
Hija proprjetà li akkwista meta kien membru tal-Kabinett u skont tagħrif żvelat il-KullĦadd jirriżulta li hemm xamma kbira ta’ abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ etika kbira min-naħa tiegħu.
Iżda, x’inhu l-każ?
Fl-imgħoddi, partikolarment s-snin sebgħin u tmenin, gvernijiet differenti esproprjaw artijiet għal skop ta’akkomodazzjoni soċjali. Iżda minkejja li għaddew għexieren ta’snin is-sidien oriġinali baqgħu qatt ma tħallsu. B’hekk il-familji li daħlu f’dawn id-djar kien għad ma kellhomx titlu tal-art u qatt ma sar kuntratt, tant li kienu fuq konvenju. Bħal dawn għad hawn diversi każi.
Iżda, mhux hekk ġara fil-każ ta’ Jason Azzopardi. Fl-ewwel ġimgħat tal-2010 hu u martu tefgħu għajnejhom fuq proprjetà li riedu jagħmluha tagħhom. Dar imdaqqsa b’veduta ta’ għelieqi u r-raħal ċkejken ta’ Ħal Għaxaq.
B’hekk dik is-sena Jason Azzopardi bdieha jinnegozja ma’ koppja bil-kunjom Debono biex jixtri l-proprjetà tagħhom. Sa hemm xejn ħażin.
Iżda, mistoqsijiet kbar iqumu dwar kif waqt li kien għaddej b’dawn in-negozjati, id-Dipartiment tal-Artijiet li tiegħu kien responsabbli hu pprepara valutazzjoni tal-art li fuq parti minnha hi mibnija d-dar li Azzopardi ried jagħmel tiegħu.
Stima li saret fuq l-2010 bil-prezzijiet tal-1983. Prezzijiet ta’ 27 sena qabel. L-istima saret biex il-gvern iħallas tal-art u dak li kien fuq konvenju jsir kuntratt u b’hekk il-proprjetà li ried jikseb Azzopardi tkun iktar fis-sod.
Din l-istima saret fit-2 ta’ Marzu tal-2010 u 13-il jumbiss wara Jason Azzopardi nnifsu, bħala Segretarju Parlamentari, awtorizza li jibdew isiru l-preparamenti biex tinħareġ dikjarazzjoni tal-President fuq din l-art biex il-gvern iħallas lis-sidien oriġinali u tingħata iktar valur.
Dan filwaqt li eluf ta’ familji oħra kienu għadhom qed jistennew li ssir din it-tip ta’ ġustizzja magħhom.
Filwaqt li kien għaddej dan kollu, Jason Azzopardi kien qed jagħlaq mal-koppja Debono, tant li fis-7 ta’ April, dawn talbu lill-Awtorità tad-Djar biex jitħallew jittrasferixxu d-drittijiet li kellhom fuq il-konvenju mal-Awtoritàtad-Djar lil Jason Azzopardi, li kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.
B’ħeffa liema bħalha, l-għada, wieġbet l-Awtorità li aċċettat li jsir dan it-trasferiment.
Ladarba kien hemm din il-barka pronta, il-kuntratt bejn il-koppjaDebono u Jason Azzopardi sar 21 jum wara. Il-proprjetà, Jason Azzopardi xtraha għal €298,160.
Fil-5 ta’ Mejju, 11-il jum ieħor wara dan il-kuntratt, ħarġet id-dikjarazzjoni tal-President biex parti mill-art li fuqha kienet mibnija d-dar tkun akkwistata mill-gvern. Eventwalment l-art in kwistjoni ġiet trasferita mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-Awtorità tad-Djar fis-17 ta’ Mejju. Fil- fatt, proprjetajiet fl-istess sitwazzjoni ta’ dik li kienet ha l-proprjetà ta’ Jason Azzopardi hawn mijiet. Fil-fatt hawn bostafamiljiligħadhom l-limbu u ma sarux sidien ta’ djarhom. Xi ħaġa li żżommhom ukoll milli jbigħu l-proprjetà tagħhom.
Iktar tard sar il-kuntratt li bih l-art għaddiet għand Jason Azzopardi mingħand l-Awtorità tad-Djar.
B’hekk, dak li kienu ilhom jiġġieldu għalih 36 sena l-koppjaDebono, ingħalaqf’ħames xhur biss b’Jason Azzopardi jmexxi proċess li kien jaf li se jgawdi minnu.
Għax filwaqt li kien qed jinnegozja proprjetà għalih u għal martu kien qed juża l-poter ta’ Segretarju Parlamentari biex jara li t-titlu tal- art tkun kif jixtieq hu.
Dokumenti u provi kienu ppubblikati fil-gazzetta KullĦadd tal-lum.