Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tfew nirien li kienu għadhom kif ħakmu parti minn residenza fil-Baħrija.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-23:15 fi Triq il-Ġewża fil-Baħrija.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post, l-uffiċjali tat-tifi tan-nar bdew b’ħidma sabiex jikkontrollaw in-nirien filwaqt li tim mediku mill-isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna lil xi residenti.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma li ħadd mir-residenti ma kellu bżonn jiddaħħal l-isptar għall-kura.
Il-kawża tan-nirien għadha mhux magħrufa.