Ħaddiema tal-WasteServ irnexxielhom isalvaw fekruna li ntremiet ħajja.
Żvelat dan il-Ministru Miriam Dalli fuq il-profil tagħha fuq Facebook hekk kif spjegat li l-fekruna, li issa ngħatat l-isem li jixirqilha ferm, ‘Lucky’, ġiet salvata sekondi biss qabel ma ġiet ipproċessata mal-bqija tal-iskart.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-istqarrija tagħha fuq Facebook il-Ministru Miriam Dalli sostniet li li n-nies ma tisseparax l-iskart kif suppost hija diġa problema sew għall-immaniġġjar tal-iskart u għall-ambjent. Madankollu li jkun hemm min jarmi annimal ħaj, hija moħqrija fl-agħar forma tagħha.