Waħda mill-miżuri li tħabbru fil-budget ta’ 2017 kienet illi jkun hemm fond apposta biex jindirizza dawk l-anomaliji tal-passat li sarrfu f’inġustizzji għal bosta persuni.
Dan flimkien ma’ proposta oħra li kienet fil-manifest elettorali ta’ dan il-Gvern fejn intqal li dawn l-aggravji se jkunu indirizzati magħtul il-medda tas-snin.
Kien għalhekk illi din is-sena ġew imwarrba tmin miljun ewro sabiex jibdew jingħataw xi pagamenti bl-aktar mod kontabbli u trasparenti.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Minsitri Michael Farrugia u Edward Scicluna spjegaw li l-gruppi ta’ ħaddiema identifikati li se jkunu qed jidħlu f’din l-iskema huma kif ġej:
- Ex ħaddiema tal-korpi li kienu qed jagħtu servizz lill- dipartimenti tal-Gvern qabel 1979, iżda li kienu bdew jaghmlu parti mis-servizz pubbliku wara Jannar tal-1979;
- Ex ħaddiema tax-xatt li kellhom liċenzja biex jahdmu bejn l-4 t’April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2009;
- Uffiċjali tal-korp tal-pulizija fir-ranks ta’ kuntistabbli, surġent jew surġent maġġur li ma tħallsux ghal overtime li ghamlu bejn 1 ta’ Jannar 1993 u l 31 ta’ Diċembru 2009;
- Ex ħaddiema tal-Malta Electricity Board;
- Possibiltà ta’ ħaddiema oħra
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Socjali kien maħtur sabiex jimplimenta’ din il-miżura. Kien għalhekk illi nħatar bord immexxi minn Mark Musu, b’rappreżentanti mill-Ministeru ghall-Finanzi, il-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura kif ukoll il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Ix-xogħol ta’ dan il-bord kien propju li jikkonsulta’ sa fejn hu possibbli ma dawk milquta’ u janalizza fid-dettall is-sitwazzjoni sabiex jinħoloq mekkaniżmu li permezz tiegħu il-fondi jkunu allokati kif suppost.
L-iskemi se jkunu simili għal dawk li ħarġu diġa minn Transport Malta meta ħargu refunds tal-VAT fuq il-karozzi. Dawn l-iskemi se joħorġu kull sena fuq medda ta’ snin u se jkunu qed jipprovdu għall-ħlas lil dawk il-benefiċċjarji li jkunu eleġibbli.
L-applikazzjonijiet għall-iskemi se jkunu ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u se jibqghu miftuħin ghall-perjodu ta’ sitt ġimghat filwaqt illi se jkunu miftuħa wkoll ghal-werrieta ta’ dawk il-benefiċċjarji li mietu.
Kull applikazzjoni se tkun ivvettjata mill-Ministeri li semmejna iktar kmieni, skont taht min taqa’.
Skont riċerka li għamel il-bord jidher illi hemm aktar minn 5,000 persuna li jistghu ikunu eleġibbli . Dawn l-iskemi filfatt se jservu biex ikun maghruf in-numru reali tal-persuni li huma potenzjalment eleġibbli u fl-istess ħin tkun ippjanata in-nefqa għal din is-sena mis-somma allokata.
Wara dan il-proċess, il-bord jiffinalizza l-proposti, jara liema huma dawk li għandhom jingħataw priorità u jikkwantifika is-somma li se tkun assenjata lil benefiċċjarji ta’ kull kategorija li semmejna sa’ l-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Il-pagamenti se jkunu eżentati mit-taxxa.
Kull applikazzjoni li tkun rifjutata se jkun hemm ċans għal appell quddiem Bordijiet ta’ Revizjoni, liema deċizjoni tkun finali.