Il-kumpanija Apple keċċiet numru ta’ impjegati fi Brisbane, l-Awstralja, wara allegazzjonijiet li xerrdu rirtatti ta’ klijenti nisa u kollegi, u tawhom punti mill-wieħed sal-għaxra.
Huwa allegat li għexieren ta’ ritratti ttieħdu mingħajr ma kienu jafu dwan in-nisa, filwaqt li ritratti oħra ttieħdu mill-mobiles tal-klijenti.
Apple ikkonfermaw li qed jinvestigaw u li ‘bosta persuni’ ntemmilhom l-impjieg, għalkemm m’hemm ebda evidenza li nsterqu r-ritratti. Jidher ukoll li fost r-ritratti miskuba hemm mitt wieħed close-up u intimi. Pero jidher ukoll li dawn ir-ritratti ttieħdu min-nisa b’mod volontarju u mhux mill-ħaddiema tal-Apple.