Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tibda tkellem lill-klijenti tagħha b’lingwaġġ newtrali, dan billi l-impjegati tagħha se jibdew jużaw il-kelma ‘klijenti’ u tislijiet ġeneriċi.
Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Air Malta David G. Curmi spjega li meta se jindirizzaw lill-klijenti, kemm waqt xi titjira kif ukoll fuq l-art, l-impjegati mhux se jużaw aktar il-kliem ‘sinjur’ u ‘sinjura’.
Huwa saħaq li għall-kumpanja, l-inklużjoni hija valur importanti ħafna u allura nħasset il-ħtieġa li jkun hemm bidla fl-attitudni u fil-lingwaġġ.
’Il quddiem, l-Air Malta se tkun qed tagħmel ukoll bidliet lingwistiċi fid-dokumentazzjoni tal-kumpanija kollha tagħha inklużi l-kuntratti u l-manwali tal-operat.