Miżura mħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa għall-impjegati tas-servizz pubbliku ntlaqgħet mill-ħaddiema bħala waħda li tagħti serħan il-moħħ.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni ħabbar kif ittieħed pass li jneħħi d-diskriminazzjoni u li ħaddiema li kienu jkunu fuq kuntratti definiti issa se jinqalbu fuq kuntratt indefinit.
Ma’ ONE NEWS ireaġixxa s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Unionli fisser din il-miżura bħala waħda li toffri stabbiltà.