Ħaddiema ta’ Twitter illum se jkunu jafu hux se jmorru aktar għax-xogħol jew le.
Illum mistennija email interna, li fiha il-ħaddiema tal-kumpanija tal-midja soċjali se jkollhom il-verdett dwar hux se jkun itterminat ix-xogħol tagħhom jew le. Dan wara li Twitter inxtrat mill-multibiljunarju Elon Musk ftit ilu, u ddeċieda li jrid jagħmel “sforx biex il-kumpanija taqbad it-triq it-tajba”.
Musk issa huwa l-kap eżeku ta’ Twitter wara li xtrah għal $44 biljun.
X’se jiġri minn Donald Trump?
Domanda li qedj istaqsu ħafna hija jekk hux se naraw ritorn tal-eks President Amerikan fuq Twitter jew le. Trump kien maqdar Twitter bil-qawwa meta safa ipprojbit għal għomru, “minħabba r-riskju ta’ aktar tixwix favur il-vjolenza”.
Trump akkuża lil Twitter b’ċensura. Permezz ta’ Tweet, Elon Musk qal li se jintroduċi “kunsill” li jieħu deċiżjoni dwar jekk jitħalliex lura jew le.