Ħaddiema tal-kumpanija Google f’diversi uffiċini madwar id-dinja ħarġu ‘l barra fuq strajk minħabba t-trattament tal-kumpanija fuq il-ħaddiema tagħha, hekk kif hemm minnhom li qed ikunu ffastiddjati sesswalment.
Il-ħaddiema ilhom iħossu dan in-nuqqas matul iż-żmien iżda l-aħbar li qajmet il-qiegħa kienet li fl-aħħar ġimgħa, Andy Rubin, uffiċjal eżekkutiv għoli, ngħata somma ta’ $90 miljun biex jirriżenja wara li saret allegazzjoni ta’ fastidju fil-konfront tiegħu.
L-ewwel protesta saret fl-uffiċini ta’ Tokyo fil-11:10 ta’ filgħodu, filwaqt il-protesti li komplew f’Singapore, l-Iżrael, fl-Iżviżżera, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra.
Il-Kap Eżekkutiv tal-Google, Sundar Pichai qal li kumpanija qegħda tappoġġja lil dawk li qed jieħdu sehem fil-protesti u li l-kumpanija se tieħu miżuri sabiex affarijiet bħal dawn ma jerġux jirrepetu ruħhom.
Dawk li ħarġu jipprotestaw qed jitolbu li kulħadd ikun stmat l-istess, li kulħadd ikollu l-istess pagi u opportunitajiet.