Ħaddiema Spanjoli ta’ La Línea de la Concepción qed jiċċelebraw it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri mal-Ġibiltà.
Bħala parti mill-ftehim ta’ Brexit, Spanja u r-Renju Unit qablu fuq il-prinċipju li l-fruntiera tittieħed ukoll fi żmien sitt xhur fuq xi kundizzjonijiet.
Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm li t-toroq f’dan it-territorju jagħtu spazju biex in-nies u l-karozzi jivvjaġġaw b’mod komdu u liberu mingħajr ħafna traffiku.
Biex din il-fruntiera kkontrollata ma tibqax eżistenti, il-Ġibiltà effettivament tiġi meqjusa bħala ż-żona Schengen u tagħmel parti mill-passaport free area tal-Ewropa fejn jiġu ċċekkjati biss dawk li jaslu fil-pajjiż bl-ajru jew bil-baħar.
Din il-belt żgħira fi Spanja biswit il-fruntiera tal-Ġibiltà hija waħda mill-ifqar fi Spanja.
Terz tan-nies huma qiegħda b’ċifra li kapaċi titla’ għal 80 %. Filwaqt li t-traffikar tad-droga mill-Marokk u gruppi armati kienu saru ta’ problema kbira għall-pulizija.
Madwar 15,000 resident għandhom impjieg fil-Ġibiltà fejn il-pagi tagħhom hemmhekk huma fuq medja ta’ 20% aktar għolja minn ta’ pajjiżhom. Dawn ir-residenti u l-impjegati huma kruċjal għall-Ġibiltà għaliex isostnu l-ekonomija b’mod speċjali dawk fis-settur tas-saħħa, l-ospitalità u tal-iġjene.