Bosta ħaddiema fl-Italja qed jipprotestaw kontra l-użu mandatorju taċ-ċertifikat tal-vaċċin għal fuq il-postijiet tax-xogħol li kellu jidħol fis-seħħ illum. Din qed tiġi deskritta bħala l-aktar miżue restrittiva kontra l-pandemija.
Rapporti qed jistmaw li mat-tliet miljun ċittadin Taljan għadhom ma tlaqqmux lanqas b’doża waħda, b’mod partikolari l-ħaddiema tal-portijiet u tat-trasport.
Ħaddiema li ma jippreżentax iċ-ċertifikat tal-vaċċin fuq il-post tax-xogħol ikun f’riskju li jiġi sospiż mix-xogħol u jaf jiġi mmultat sa elf u ħames mitt ewro.
Il-protesti f’Ruma bdew fis-9 ta’ Ottubru li għadda u aktar protesti madwar il-pajjiż, fosthom fi Trieste, mistennija jiġu organizzati tul il-jum. Fl-istess ħin ħaddiema f’postijiet industrijali mistennija ma jidħlux għax-xogħol.