Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fuq il-midja soċjali ħabbar li minħabba riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna, dawk il-ħaddiema Għawdxin li kien imisshom ix-xift ta’ llejla fid-djar tal-anzjani f’Malta u f’San Vinċenz de Paul jistgħu ma jaqsmux lejn Malta.
Dan hekk kif il-Kumpanija Gozo Channel ħabbret li l-vapuri mhux se jkunu jaħdmu mal-iskeda jew mhux se jaħdmu totalment minħabba riħ qawwi.
Il-Ministru Abela qal kif minkejja li l-ħaddiema Għawdxin mhux se jkunu qed jaqsmu, fid-djar tal-anzjani f’Malta xorta waħda se jkun hemm ħaddiema biżżejjed mal-anzjani u l-pazjenti.
Ritratt: Redeemer Saliba