Ħaddiema fi tliet portijiet kbar fl-Italja pprotestaw kontra dik magħrufa bħala Covid Pass li kull ħaddiem fl-Italja jrid jippreżenta biex ikun jista’ jaħdem.
Din il-Green Pass turi jekk il-ħaddiem tlaqqamx jew ittestjax negattiv għall-Covid-19.
Din hija mandatorja f’kull post tax-xogħol fl-Italja.
Madwar sitt elef ħaddiem għamlu strajk fil-Port ta’ Trieste li huwa passaġġ marittimu għall-Italja ta’ Fuq, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Ewropa Ċentrali.
Aġenziji tal-aħbarijiet irrapportaw li kien hemm diżordni f’Genoa u Ancona ukoll iżda ħaddiema ta’ portijiet ewlenin oħra ħadmu mingħajr xkiel.
Huwa stmat li madwar tliet miljun ħaddiem fl-Italja għadhom ma ħadux il-vaċċin.