Il-militar fil-Myanmar qed jimponi restrizzjonijiet fosthom li n-nies ma joħorġux mid-dar biex jillimita l-protesti li qegħdin isiru wara kolp ta’ stat.
Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet twaqqaf l-użu tal-internet.
Il-mexxej tal-kolp ta’ stat fil-Myanmar għamel l-ewwel dehra televiżiva tiegħu, biex jiġġustifika l-azzjonijiet li ttieħdu f’din il-ġimgħa li għaddiet.
Intant, ħaddiema madwar il-Myanmar ħarġu fuq strajk.