Ħaddiema f’dar tal-anzjani hija fost dawk infettati bil-Coronavirus iżda din ma kellha l-ebda kuntatt mal-anzjani hekk kif irriżultat fil-pożittiv hekk kif kienet dieħla fid-dar.
Dan spjegatu f’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci waqt l-aħħar aġġornament illum waranofsinhar.
Il-Prof. Gauci qalet li din id-dar tal-anzjani kienet magħluqa għal nies minn barra, fejn il-ħaddiema kienu qed jagħmlu perjodu jgħixu u jaħdmu mal-anzjani.
Meta kien wasal biex jinbidel il-grupp tal-ħaddiema, din il-persuna kienet dieħla biex tagħmel perjodu ta’ xogħol f’din id-dar tal-anzjani iżda permezz tal-miżuri li qed jittieħdu fid-djar qabel eżatt tidħol, dan il-każ inqabad mal-ewwel u hekk il-virus ma nxteridx speċjalment ma’ persuni vulnerabbli.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/14/9-kazijiet-godda-ta-coronavirus-fmalta/