Ħaddiem ta’ 49 sena li jgħix Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli f’binja fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:45 ta’ dalgħodu, waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq post marru l-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoniet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.