Ħaddiema tas-salvataġġ fil-Ġappun qed iwissu dwar il-problema ta’ valangi tat-tajn u għargħar hekk kif waħda mill-għar maltempati fl-aħħar diċenju laqtet lill-pajjiż.
Sa issa disa’ miljun persuna kellhom jiġu evakwati u ftit inqas minn nofs miljun dar spiċċat mingħajr dawl.
Il-kapitali, Tokyo, esperjenzat xita qawwija u b’konsegwenza ta’ dan mijiet ta’ titjiriet mhux biss tal-ajru imma wkoll tal-baħar u t-trains, ġew ikkanċellati.
Il-Prim Ministru tal-Ġappun wasal tard għaż-żjara tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York fejn illum għandu jagħmel diskors dwar din il-kriżi li laqtet lil pajjiżu.
Il-maltemp huwa mbassar li jdur lejn il-Lvant fil-jiem li ġejjin.