Mir-riżultati pożittivi għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta pożittiv ħaddiem tas-saħħa li qed jaħdem fiċ-ċentri fejn qed isiru t-testijiet għall-Coronavirus.
Huwa ma kellux sintomi, u nqabad pożittiv f’testijiet ta’ rutina li jsiru b’mod regolari fuq il-ħaddiema tas-saħħa kollha.
Waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, huwa jkun liebes ilbies protettiv, għalhekk ma hemm l-ebda riskju għal klijenti li marru fiċ-ċentru.
Fi stqarrija mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ingħad li probabbli huwa ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità.
Bħala prekawzjoni, iċ-ċentru ġie diżinfettat u se jkompli jilqa’ klijenti fih immedjatament.