Raġel ta’ 58 sena minn Marsaskala jinsab f’qagħda kritika wara inċident bejn żewġ vetturi li jintużaw biex jinġarru l-kontejner fil-Port Ħieles f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ dal-lejl, għall-ħabta tas-siegħa u nofs, meta seħħet ħabta bejn dawn l-inġenji li kienu misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mir-Rabat, u l-vittma.
Huwa ġarrab xi ġrieħi u kien assistit minnufih mit-tim mediku tal-post u mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.