Ħaddiem ta’ fabbrika tal-għamara ma nstabx ħati li b’negliġenza u nuqqas ta’ miżuri ta’ sigurtà, ikkawża l-mewt ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena fl-2015.
Iż-żagħżugħ, Matthew Bartolo miet fl-2015 wara li nqabad f’magna li taħdem il-bibien.
Peter Blundell, ta’ 51 sena, mastrudaxxa bi snin ta’ esperjenza, li kien qed jassisti lill-impjegat ġdid, ġie mixli li naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa, fil-fabbrika f’Ħal Luqa.
Minkejja li Blundell waqqaf il-magna b’emerġenza, il-vittma sofra ġrieħi serji u ksur. Huwa ttieħed l-Isptar, iżda minkejja li sforzi li saru, Bartolo tilef ħajtu.
Fil-Qorti intqal li għal darbtejn, Blundell kien staqsa lil Bartolo jekk hux kollox sew, id-darbtejn Bartolo qallu li kollox sew.
Il-Qorti esprimiet id-dispjaċir tagħha b’rabta mal-inċident iżda ma sabet ebda ksur ta’ obbligazzjonijiet minn Blundell.
Blundell kien irrappreżentat mill-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri.