Żagħżugħ ta’ 25 sena ndarab gravi wara li ċeda travu bih u waqa’ minn għoli waqt li qed jaħdem.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Farfett, il-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem mill-Mali ta’ 25 sena, sofra xi ġrieħi wara li ċeda travu bih u waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.