Ħaddiem għad-Direttorat għat-Tindif kellu jagħmel 10 punti f’riġlu wara li xi ħadd tefa’ xi oġġetti li jaqtgħu fil-borża taż-żibel.
L-inċent ġara Tas-Sliema, waqt li ħaddiema għad-Direttorat għat-Tindif kienu qed jiġbru l-iskart.
Ir-Raġel ingħata l-ewwel għajnuna medika, minn ħaddiema tar-Red Cross.
Clean Malta appellat lill-pubbliku mill-iskart li jiddisponi fil-boroż taż-żibel. Dan għaliex il-pubbliku għandu dover li jirrispetta lill-ħaddiema.
Ritratt: Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division