Charlton Spiteri ta’ 27 sena, li jaħdem mal-anzjani f’San Vinċenz, ġie kkundanat 5 snin ħabs wara li sawwat anzjan ta’ 78 sena.
Il-każ ġara f’Awissu ta’ sentejn ilu, f’Fatima Ward 3.
Fil-Qorti ħareġ li l-anzjan kien se jipprova jinżel minn fuq is-sodda, iżda Spiteri mar jgħajjat miegħu u qalu li se jniżżlu mis-sodda aktar tard.
Waranofsinhar infermiera irrapurtat li l-anzjan kellu ġrieħi f’wiċċu.
L-anzjan, li kien sofra minn puplessija u spiċċa ipparalizzat, ittieħed l-isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra minn emorraġija f’rasu. Xahrejn u nofs wara l-anzjan miet.
Pazjent li ra kollox, xehed li “Char” sawwat lill-vittma 4 darbiet.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sabitu ħati. Qalet li dak li għamel huwa xokkanti, inuman u krudilli fuq persuni vulnerabbli.