Ħaddiem li kien qed jaħdem fuq gaffa ttieħed l-Isptar Mater Dei, wara li ċediet struttura f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Fgura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofshinar fi Triq San Tumas.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ One.com.mt li fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex tassisti.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.