Raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-vapur inkaljat fil-Qawra ttieħed b’urġenza l-Ipstar Mater Dei wara li weġġa’ b’ħadid li tar kawża ta’ splużjoni ta’ sistema tal-pressa.
Il-ħaddiema talbu l-assistenza tal-lifeguards tal-Malta Red Cross li jinsabu jgħassu il-bajja fil-qrib. Fuq il-post marru ukoll xi uffiċjali minn Transport Malta li kienu qed jissorveljaw il-proċess tax-xogħlijiet fuq il-vapur.