Raġel ta’ 47 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa travu tal-ħadid fuqu f’Ħal Far.
Jidher li dan seħħ waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far, f’fabbrika tal-ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00
Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mil-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.